Ittri mill-Eremitaġġ – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju

It-8.30pm. Għadda jum ieħor mimli mumenti sempliċi imma speċjali li jagħmlu l-jum tal-Ħadd fl-eremitaġġ differenti mill-bqija tal-ġimgħa. Il-Ħadd hu jum il-Mulej, jum il-Qawmien tiegħu mill-Imwiet u allura jum il-komunità nisranija. Illum b’mod iktar qawwi għax jaħbat Għid il-Ħamsin, it-twelid tal-Knisja. Il-jum jibda fil-ħin tas-soltu bl-Uffiċċju tal-Qari. Il-Ħadd iżda jsir fl-oratorju flimkien mal-komunità. Fil-jum tal-Ħadd il-Liturġija … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju

Ittri mill-Eremitaġġ – Is-Sibt 14 ta’ Mejju

Illejla tajt l-aħħar konferenza lill-eremiti fuq il-ktieb “It-Tmint’Ijiem tal-Ispirtu s-Santu” li jiġbor fih id-duttrina ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi dwar l-Ispirtu s-Santu u l-ħidma tiegħu fir-ruħ. Ma’ żewġ konferenzi kuljum matul dawn it-tmint’ijiem qaddist u pprietkajt lill-komunità miġbura għall-quddiesa filgħodu fl-oratorju fit-7.45am. Qabel il-quddiesa fis-6.30am jkun hemm siegħa “talb kontemplattiv” fil-privat u qabel fis-6.00am … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – Is-Sibt 14 ta’ Mejju