Ittri mill-Eremitaġġ – Is-Sibt 14 ta’ Mejju

Illejla tajt l-aħħar konferenza lill-eremiti fuq il-ktieb “It-Tmint’Ijiem tal-Ispirtu s-Santu” li jiġbor fih id-duttrina ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi dwar l-Ispirtu s-Santu u l-ħidma tiegħu fir-ruħ. Ma’ żewġ konferenzi kuljum matul dawn it-tmint’ijiem qaddist u pprietkajt lill-komunità miġbura għall-quddiesa filgħodu fl-oratorju fit-7.45am. Qabel il-quddiesa fis-6.30am jkun hemm siegħa “talb kontemplattiv” fil-privat u qabel fis-6.00am … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – Is-Sibt 14 ta’ Mejju

Ittri mill-Eremitaġġ – L-Erbgħa 10 ta’ Mejju

Bħal kull Karmelu madwar id-dinja, l-Eremitaġġ huwa ddedikat lill-Imqaddsa Verġni Marija. Hawnhekk b’mod partikulari fil-misteru tat-Tħabbira tal-Mulej. Is-sena d-dieħla l-eremitaġġ jagħlaq 30 sena mill-fundazzjoni. L-esperjenza bdiet fl-1970 b’qassis djoċesan li ħassu msejjaħ għall-ħajja eremitika. Fl-1983, l-Isqof ta’ Minnesota tah permess jgħix ta’ eremit u qegħdu kappillan tal-monasteru tal-klawsura f’Minnesota. Is-sorijiet sellfuh il-foresteria sakemm isibu post … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – L-Erbgħa 10 ta’ Mejju