Ittri mill-Eremitaġġ – 17 ta’ Mejju 2016

Wasal l-aħħar lejl fl-eremitaġġ... suppost... ħa naraw nibqax hawn xi erbat'ijiem oħra għax illejla ppruvajt nagħmel ic-check-in u għalkemm ħarġet il-boarding pass ġejt avżat lu hemm imħabbar strike fil-mitjar ta' Pariġi, jagħtu dettalji iktar 'il quddiem għada... Mhux se niddejjaq ngħaddi xi erbat'ijiem oħra kieku... Fl-eremitaġġ hawn id-drawwa ħelwa li s-siegħa tar-rikreazzjoni filgħaxija tagħlaq b'innu … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – 17 ta’ Mejju 2016

Ittri mill-Eremitaġġ – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju

It-8.30pm. Għadda jum ieħor mimli mumenti sempliċi imma speċjali li jagħmlu l-jum tal-Ħadd fl-eremitaġġ differenti mill-bqija tal-ġimgħa. Il-Ħadd hu jum il-Mulej, jum il-Qawmien tiegħu mill-Imwiet u allura jum il-komunità nisranija. Illum b’mod iktar qawwi għax jaħbat Għid il-Ħamsin, it-twelid tal-Knisja. Il-jum jibda fil-ħin tas-soltu bl-Uffiċċju tal-Qari. Il-Ħadd iżda jsir fl-oratorju flimkien mal-komunità. Fil-jum tal-Ħadd il-Liturġija … Continue reading Ittri mill-Eremitaġġ – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju