Ittri mill-Eremitaġġ – 17 ta’ Mejju 2016

Wasal l-aħħar lejl fl-eremitaġġ… suppost… ħa naraw nibqax hawn xi erbat’ijiem oħra għax illejla ppruvajt nagħmel ic-check-in u għalkemm ħarġet il-boarding pass ġejt avżat lu hemm imħabbar strike fil-mitjar ta’ Pariġi, jagħtu dettalji iktar ‘il quddiem għada…

Mhux se niddejjaq ngħaddi xi erbat’ijiem oħra kieku…

Fl-eremitaġġ hawn id-drawwa ħelwa li s-siegħa tar-rikreazzjoni filgħaxija tagħlaq b’innu lill-Madonna u bil-kant tal-Litanija tal-Madonna tal-Karmnu. Illum kantajna innu sabiħ lill-Madonna tal-Karmnu, strofa minnhom tgħid hekk:

Madonna & Child“Queen and Beauty of Mount Carmel,
Virgin of the Solitude,
in the wilderness of Carmel
lies the world’s eternal good.
Draw us to its deep seclusion
and make God alone our goal
in the mystical Mount Carmel
that lies hidden in the soul. Amen.”

Waqt ir-rikreazzjoni xi rħieb jagħmlu xi xogħol ċkejken bħal kuruni tar-Rużarju Karmelitan b’sitt posti li mbagħad jinbiegħu fil-“bookshop” tal-eremitaġġ.

Illum ukoll wieħed mill-frajiet beda jaħdimli kuruna tar-Rużarju li jilbsu l-eremiti mat-tonka, magħmulha mill-ġild u ż-żibeġ tal-injam maħdumin minnhom… forsi jilħaq ilestiha qabel nitlaq smile emoticon. Għas-salib tal-kuruna, se jagħtini wieħed lest, li skont dan il-fra, kien mal-kuruna tal-eremit ix-xiħ, P. John Mary li miet tliet snin ilu f’fama ta’ qdusija. Qed jaħsbu biex jitolbu li tinfetaħ il-kawża tiegħu hekk kif jgħaddi ż-żmien mitlub mil-Liġi tal-Knisja.

… għal-llum daqshekk għax għada jum twil…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s