Ittri mill-Eremitaġġ – It-Tnejn 9 ta’ Mejju

Għadda jum ieħor u qisni ilni hawn eternità…

F’dan is-skiet u din il-ħemda, kif ukoll bir-ritmu dejjem l-istess tal-ġurnata titlef is-sens taż-żmien u l-ħin. Insibni spiss infittex l-arloġġ ħa nara l-ħin, ħalli nkun naf eżatt fejn wasalna fil-jum. Bħas-soltu llum ħriġt nippassiġġa fil-bosk, maċ-ċriev u l-volpi żdied skojjattlu gustuż u ħafif daqs leħħa ta’ berqa u miegħu għall-ewwel darba bulebbiet itaqqab is-siġra biex jagħmel il-bejta! Fil-jiem li għaddew il-ħoss li jagħmel dan l-għasfur ħsibtu ta’ xi ħadd jaqta’ s-siġar bil-mannara! Fil-bosk qalb is-siġar taħt passaġġ ċkejken insib kmajra tal-injam u niskopri li hija l-eremitaġġ tal-eremitaġġ għall-irħieb li jkunu jridu għal xi jiem jew żmien jew ftit sigħat jidħlu f’aktar solitudni. Ftit jifhmuha din l-imħabba u l-ġibda għas-solitudni, speċjalment fid-dinja li qed ngħixu fiha li nisslitilna dal-bżonn li nkunu dejjem “ikkonnettjati” jew “imwaħħlin” mal-mezzi tal-komunikazzjoni hekk li qed nitilfu l-kuntatt magħna nfusna, ma’ Alla u l-kuntatt veru ma’ bnedmin bħalna tad-demm u l-laħam! Imma kif tgħallimna l-Iskrittura Alla fis-solitudni jikxef lilu nnifsu quddiemna! Hawnhekk il-ħin kollu niftakar fl-ittra tal-Pirjol Ġenerali Nikola l-Franċiż, imsejħa “Vleġġa tan-Nar” li jħeġġeġ għar-ritorn lejn is-Solitudni oriġinarja tal-Karmelu.

Countryside“As long as you persevered in solitude in your contemplations, your prayers and holy exercises, with profit to yourselves, the renown of your holiness, wafted abroad like a perfume, far and wide, over city and town, brought wonderful comfort to all whom it reached. And it attracted many, in those days, to the solitude of the desert, edified by its fragrance, and drawn, as though by a cord of tenderness, to repent of their misdeeds.”

Dejjem fhimtu lil dan il-Pirjol Ġenerali u llum nifhmu aktar f’dak li ħalla miktub:

“Who will give my head a fountain of tears,” so that, “weeping day and night,” groaning, sighing, I might stir up him who first planted you against those who have uprooted you from the “fruitful land” of solitude…”

Għax tassew tmissha b’idejk il-verità li Alla jkellem erwieħ sempliċi li ma jixtiequ xejn iktar ħlief li jfittxu lilu u jokkupaw ruħhom bih biss! Kuljum filgħaxija, wara li nkunu għalaqna l-ġurnata, dejjem jiġi xi eremit iħabbat il-bieb taċ-ċella u noqgħodu nitkellmu fuq il-ħwejjeġ tar-ruħ ispirati minn xi punt jew tnejn li nkun semmejt fil-konferenzi ta’ matul il-jum. Jidher li qed jintlaqgħu tajjeb u li hemm reżonanza. Naturalment mhux kollox ward u żgħar. Kull ħajja fiha d-diffikultajiet u t-tlajja u l-inżul tagħha. Li hu żgur imma li hawnhekk iltqajt tassew ma’ ħbieb ta’ Alla li ssib minnhom wieħed f’elf!

Prayer BellF’dal-jiem ukoll irrealiżżajt għal darb’oħra kemm id-dinja hija ċkejkna! Wieħed mill-eremiti li hawn, konna Ruma nistudjaw flimkien il-Gregorjana madwar għaxar snin ilu. Hu kien qassis djoċesan u jiena Karmelitan u konna l-istess klassi tal-Ispiritwalità Patristika. Kif iltqajna hawn l-ewwel iċċassajna, imbagħad infqajna nidħku! Misteri tal-ħajja kif it-toroq jiltaqgħu ma’ xulxin! Misteru ikbar hija storja ta’ vokazzjoni, il-mod ta’ kif Alla jmexxina f’toroq li lanqas inkunu noħolmuhom! Mur għidli lili li se nerġgħu niltaqgħu fil-Karmelu… u mur għidlu lilu li minn qassis kellu jispiċċa Karmelitan… u eremita!

Għal-lum daqshekk għax tar il-ħin… ix-xita għadha nieżla, imwaħħra … sadattant ukoll sakemm qed nikteb kelli żjara ta’ wieħed mill-eremiti u qgħadna nitkellmu fuq il-ħajja u l-mistika Marjana preżenti f’ħajjitna…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s